Missjoni
Bord
Sħubija
Donazzjoni
Avvenimenti
Riżorsi
Partnerships


︎︎



Missjoni



L-missjoni u l-għan tagħna hu li naħdmu u nikkollaboraw ma’ kull min verament hu impenjat li jaħdem għall-aħjar interessi tal-persuna b’diżabilità u l-familji tagħhom.

  • li nagħtu sapport mit-twelid lit-tfal b’diżabilità sakemm isiru adulti.

  • li noffru assistenza u sapport lill-ġenituri ta’ persuni b’diżabilità u li nedukawhom u ngħinuhom jegħlbu d-diffikultajiet li ġġib magħha d-diżabilità ta’ wliedhom.

  • torganizza u tagħmel dawk l-affarijiet kollha li tħoss li huma meħtieġa biex tilħaq iż-żewġ għanijiet ta’ hawn fuq, u li sservi ta’ forza li tgħaqqad lil dawk kollha li għandhom għal
    qalbhom il-ġid tal-persuni b’diżabilità.

  • li tiffaċilita r-relazzjonijiet bejn il-persuni b’diżabilità, il-ġenituri tagħhom, l-awtoritajiet u l-professjonisti ta’ dan is-settur.

Fost il-ħidmiet tagħha, l-Għaqda taħdem biex:

  • toffri informazzjoni u l-aħħar ħsibijiet tal-qasam tad-diżabilità

  • tkun grupp li tagħmel pressjoni ġusta fuq l-awtoritajiet

  • tara li jkun hemm il-bidliet meħieġa, u

  • tippromovi l-inklużjoni f’kull livell.

F’dak kollu li tagħmel, l-Għaqda hi ispirata:

  • mid-dritt tal-ħajja

  • mid-dritt għall-opportunitajiet indaqs għal kulħadd

  • mill-mudell tad-diżabilità soċjali u mhux dak mediku

  • mill-prijorità li persuni b’diżabilità għandhom ikollhom għall-edukazzjoni u t-taħriġ, f’kull livell mid-dritt għall-aċċessibilità għal kulħadd f’kull forma tagħha u kullimkien.